L-Ewroparlamentari u Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Joseph Cuschieri reġa’ bdielu.
Nofs siegħa qabel ma għalqu n-nomini għall-kandidati li se jikkontestaw għall-Parlament Ewropew, mar jitfa’ n-nomina tiegħu f’Evans Building. Ftit qabel kien ħareġ stqarrija li fiha ħabbar li se jagħmel dan u qal li aktar tard kien se jinforma lill-media bir-raġunijiet wara din id-deċiżjoni.
Tlett ijiem ilu, fuq Xejk TV, Cuschieri kien ħabbar li mhux se joħroġ għall-elezzjoni, għax qal li mhux lest jikkontesta elezzjoni li diġa’ hi deċiża. Dakinhar għamel akkużi serji li xi kandidati ħadu vantaġġ fuq oħrajn, b’mod partikolari fuq il-media tal-Partit Laburista u li l-Partit Laburista diġa’ iddeċieda min għandhom ikunu l-MEPs eletti f’ismu u l-magna tal-partit qed timbotta lilhom biss.
//= $special ?>

