Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Anna Felice ordnat li mara li kienet weġġgħet serjament u li anke kienet tilfet lil bintha meta kien ċeda s-saqaf tas-Supermarket Save on f’Raħal Ġdid, f’Lulju tal-1990, tingħata danni morali ta’ €5,000, dan minħabba li d-dewmien biex jiġi deċiż il-każ tagħha kiser id-drittijiet umani tagħha.
Il-mara li kienet weġġgħet serjament u tilfet il-bintha wara li saqaf falz tas-Supermarket Save On f’Raħal Ġdid kien ċeda f’Lulju tal-1990, u dan għax perjodu ta’ 20 sena biex jiġi deċiż il-każ tagħha jikkostitwixxi vjolazzjoni għad-drittijiet tagħha.
Iris Cassar u żewġha Michael kienu ppreżentaw kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali fejn qalu li binthom, li dak iż-żmien kellha 27 sena, kienet mietet waqt l-inċident filwaqt li Iris, li kellha 45 sena kienet sofriet minn diżabilita’ permanenti.
Il-familja Cassar kien bdiet proċeduri għad-danni kontra sid is-Supermarket f’Settembru tal-1992, bil-każ iżda jiġi deċiż f’Marzu tal-2011. Kien hemm ukoll appell mid-deċiżjoni u dan ġie deċiż mill-Qorti tal-Appell f’Novembru tal-2012.
Il-koppja Cassar qalet li dan id-dewmien ma kienx wieħed raġonevoli, f’każ li ma kellu l-ebda diffikultajiet straordinarji. Minħabba dan il-koppja Cassar kienu talbu biex jingħataw danni morali. L-Imħallef Anna Felice qalet li l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani tipprovdi li kull persuna huwa ntitloat għal smiegħ xieraq fi żmien raġonevoli.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li l-kawża tal-koppja Cassar għad-danni kienet assenjata lil mhux anqas minn seba’ Mħallfin. Ħames esperti legali, perit u tliet tobba mediċi kienu appuntati mill-Qorti biex jassistuha. Irriżulta wkoll li l-każ tal-familja Cassar kienet magħquad ma’ żewġ kawżi oħra fil-Qorti, li kellhom l-oriġini tal-istess inċident.
Minkejja li l-familja Cassar qatt ma bidlet l-Avukati tagħha, is-“Save On” kien qed jiġi difiż u bidel erba’ avukati differenti. L-Imħallef Felice qalet li minkejja li l-każ tal-familja Cassar kien wieħed serju, fin-natura tiegħu ma kienx fih xi kumpless partikolari.
Il-Qorti qalet li d-dewmien ma kienx wieħed ġustifikat u li l-familja Cassar kienet il-vittma tas-sitwazzjoni ta’ sistema li ma kellha ebda idea ta’ amministrazzjoni tal-ġustizzja.
//= $special ?>

