Erin Tanti kien qal lill-Pulizija li hu qatt ma’ kellu x’jaqsam sesswalment ma’ Lisa Marie Zahra, anke jekk mal-ħwejjeġ ta’ taħt ta’ Lisa Marie nstabu traċċi ta’ sperma. Dan ħareġ fil-Qorti minn xhieda tal-Ispettur Josric Mifsud waqt il-każ ta’ Erin Tanti, li kompla jinstema llum. Tanti, għalliem ta’ drama ta’ 23 sena residenti l-Belt, jinsab akkużat fost l-oħrajn bil-qtil ta’ Zahra, li fid-19 ta’ Marzu li għadda nstabet meja taħt l-irdum ta’ Ħad-Dingli.
L-Ispettur Mifsud qal li Tanti qal lill-Pulizija li hu kien jgħid lil Zahra li kien se jitlaqha u li kien qed jaħsibha jaħrabx minn Malta. Fil-fatt, fil-karozza tiegħu nstabu Passaport, flus u ċekkijiet, filwaqt li fil-ġakketta li kellu dakinhar u li nstabet ħdejn Lisa Marie, kien hemm anke biljett tal-ivvjaġġar. Iżda meta l-Pulizija ċċekkjat jekk hux veru li l-akkużat kien se jitlaq minn Malta, irriżulta fin-negattiv għax il-biljetti li nstabu kienu antiki.
Sadanittant, l-Ispettur Mifsud, li kien qed jixhed fit-tielet ġurnata tal-kumpilazzjoni, qal li nstabet nota fil-kamra ta’ Erin Tanti indirizzata lil ommu li tgħid “mhux ħtija tiegħek”. Minbarra bi qtil volontarju, Tanti qed jiġi akkużat ukoll li assista lil Lisa Marie biex tikkommetti suwiċidju u li kellu x’jaqsam magħha sesswalment meta kienet taħt l-età, minbarra li kienet studenta tiegħu.
//= $special ?>

