Lokali

Il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea

Bħala parti minn seminar internazzjonali ta’ jumejn bit-tema Innovative Instruments to Address Youth Unemployment orgnaizzat mill-UĦM flimkien mal-MEUSAC u l-European Centre for Workers Questions (EZA) saret diskussjoni dwar kunċetti politiċi differenti biex ikun miĠĠieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea.
Fid-diskussjoni li tmexxiet mill-Ġurnalista Alessia Psaila Zammit ħadu sehem diversi kandidati għal elezzjoni tal-Parlament Ewropew mit-tliet partiti politiċi ewlenin.

Stefano Mallia kandidat tal-PN qal li pajjiżna jrid jiffoka fuq l-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi u jagħti liż-żgħażagħ l-għodda u t-tama għal futur aħjar. Hu qal li l-kwistjoni biex jingħata t-taħriĠ skont il-bżonnijiet tal-ekonomija ilha magħna is-snin. Setefano Mallia qal li kien hemm titjib fl-aħħar snin u ngħata taħrig f’oqsma bħalma huma s-servizzi finanzjarji, l-IT, l-avjazzjoni u oqsma oħra.

Hu qal li issa jidher li m’hemmx direzzjoni il-fejn sejjer il-pajjiż fl-erba snin li Ġejjin u dan qed joħloq nuqqas ta’ fiduċja. Stefano Mallia qal li hu importanti li ż-żgħażagħ ikollhom direzzjoni ċara il-fejn sejra l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Norman Vella kandidat ieħor tal-PN qal li filwaqt li hu jaqbel li jingħata t-taħriĠ biex jitjiebu l-ħiliet taż-żgħażagħ, wieħed irid joqgħod attent li ma jirriduċix lil universita` bħala post ta’ produzzjoni tal-massa għall-industrija. Hu spejga li l-Universita` għandha tipproduċi nies li kapaċi jmexxu, innovattivi u kapaċi joħolqu x-xogħol. L-Universita trid toħloq nies li kapaċi jimxu fid-dinja tal-futur.

Dwar il-ħolqien tax-xogħol għaż-żgħażagħ qal li l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jridu jaħdmu flimkien imma kull pajjiż irid iżomm il-kompetittivita` tiegħu. Hu qal li trid tingħata prijorita` lil problemi individwali li jiffaċċjaw iż-żgħażagħ.

Arnold Cassola kandidat f’isem l-Alternattiva Demokratika qal li f’Malta 11 fil-mija taż-żgħażagħ huma illitterati u Malta tiĠi l-aħħar fost il-pajjiżi fl-UE. Malta wkoll għandha l-ogħla livell ta’ żgħażagħ li ma jkomplux jistudjaw fil-livell sekondarju u dan qed joħloq problema għal industrija. Hu qal li Malta għandha rata ta’ qgħad li tirdoppja fost iż-żgħażagħ u għalhekk hemm bżonn aktar investiment fit-taħriĠ inkluż fl-MCAST.

Fid-diskussjoni ħadet sehem ukoll l-MEP u kandidata f’isem il-Partit Laburista, Marlene Mizzi li qalet li s-Soċjalisti u d-Demokratici għandhom programm b’10 punti maħsub biex sas-sena 2020 jinħolqu seba’ miljun impjieg fl-UE.

Ikkummenta