Internazzjonali

Il-Papa Franġisku jitlob maħfra għall-ħsara mill-Qassisin li abbużaw mit-tfal

Il-Papa Franġisku talab għall-maħfra għall-hsara li saret mill-Qassisin li abbużaw mit-tfal. Waqt li kien qed jindirizza membri tal-International Catholic Child Bureau fil-Vatikan, il-Papa Franġisku qal li l-Knisja taf bil-ħsara li saret, ħafna minnha fuq livell personali, fuq dawn it-tfal minn membri tal-Knisja.

Għal darb’oħra, Papa Franġisku afferma mill-ġdid id-dritt tat-tfal li jitrabbew f’ambjent ta’ omm u missier, li ddeskrivieh bħala l-aqwa ambjent biex it-tfal jimmaturaw u jiżviluppaw fih.