F’Nyon, l-Iżvizzera, illum ittellgħu l-poloz tas-Semi Finali tal-kompetizzjonijiet Ewropej Champions League u Europa League.
Fil-każ taċ-Champions League, li l-Finali tagħha se tinżamm fl-24 ta’ Mejju f’Lisbona, is-Semi Finali telgħu kif ġej:
- Real Madrid vs Bayern Munich
- Atletico Madrid vs Chelsea
Fil-każ tal-Europa League, li l-Finali tagħha se tinżamm fl-14 ta’ Mejju fil-Juve Stadium, Turin, is-Semi Finali telgħu kif ġej:
- Seville vs Valencia
- Benfica vs Juventus


