Qorti

L-Imħallef Lino Farrugia Sacco jgħid li ma kellux smigħ xieraq

Quddiem l-Imħallef Lorraine Schembri Orland, kompliet tinstema l-kawża Kostituzzjonali li ressaq l-Imħallef Lino Farrugia Sacco fejn insista li d-dritt għal smiegħ xieraq kien miksur meta ma kienx notifikat fuq il-mozzjoni l-ġdida li saret kontrih fil-Parlament.

Huwa fil-kawża qed jisħaq ukoll li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kisritlu d-dritt għall-smiegħ xieraq. L-Imħallef Lino Farrugia Sacco, qed isostni dan għaliex skont hu l-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja kellha terġa’ ssejjaħlu biex tisma x’kellu xi jgħid, meta tressqet it-tieni mozzjoni fil-konfront tiegħu.

Huwa qal ukoll li d-drittijiet tiegħu ġew miksura wara li din il-Kummissjoni ma ħallietux jipproduċi xhieda għad-difiża tiegħu. Il-każ li qed isir kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat, li kien ressaq il-mozzjoni, kontra l-Avukat Ġenerali u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Dan wara li l-ewwel mozzjoni ġiet dikjarata mejta. Minbarra hekk l-Imħallef Farrugia Sacco lmenta wkoll li l-każ tiegħu ġie preġudikat b’kummenti li għadda dwaru l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Fil-Qorti l-Imaħallef Farrugia Sacco qal li l-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja ma nnotifikatux qabel ma kkunsidrat li l-mozzjoni u t-tieni deċiżjoni li ġiet konfermata mill-istess Kummissjoni li lilu ċaħditu milli l-ġustizzja fil-konfront tiegħu tkun waħda naturali.

Dan kollu seħħ wara li l-ewwel mozzjoni tal-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi kienet ġiet dikjarata mejta. Minbarra hekk l-Imħallef Farrugia Sacco lmenta wkoll li l-każ tiegħu ġie preġudikat b’kummenti li għadda dwaru l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Qal ukoll li l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi m’għadux membru tal-Parlament.

Waqt is-seduta tax-xhieda tiegħu l-Iskrivan tal-Kamra Raymond Scicluna kien qal li r-“ruling” li ngaħtat mill-Ispeaker Dr Anglu Farurgia, fejn iddikjara li l-mozzjoni hija mejta, ingħata fuq parir legali tal-Professur Ian Refalo.

Dr Farrugia Sacco qal ukoll li xi membri mill-Kummissjoni ma kienux preżenti waqt li kienu qegħdin isiru s-sottomissjonijiet fuq il-każ u li wieħed mill-membri kien preżenti biss erba’ minuti qabel mal-każ kien intemm.Membru ieħor saħansitra daħal għal żewġ minuti qabel ma ntemmet is-sessjoni.

“Kif jista’ xi ħadd jieħu deċiżjoni mingħajr ma’ l-ewwel jisma’ x’kien ġara,” huwa qal, fejn tenna wkoll li dawn it-tnejn setgħu wkoll finalment ivvutaw favur tiegħu, iżda l-fatt hu li ma kienux preżenti waqt il-proċeduri. Il-każ ikompli nhar il-Ġimgħa 25 ta’ April li ġej.