Raġel ta’ 40 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li matul il-lejl li għadda waqa’ t-taraġ fi blokk ta’ appartamenti fejn jgħix fi Triq l-Ibjar, il-Belt. Mill-ewwel investigazjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am, x’ħin jirriżulta li r-raġel waqa’ hekk kif kien nieżel minn fuq il-bejt.
Il-paramediċi li waslu fil-post, wara li ssejħu minn ġar tal-vittma, sabu lir-raġel mitluf minn sensih fl-indana tas-sular ta’ fuq tal-bini. Ir-ragel twassal għall-kura permezz ta’ Ambulanza fl-Isptar Mater Dei u l-ewwel riżultati mediċi wrew li r-raġel jinsab f’qagħda kritika u fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

