Raġel ta’ 46 sena weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs fi blokka appartamenti fil-Belt. Mill-informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li r-raġel weġġa’ fir-residenza tiegħu, hekk kif għall-ħabta tal-12.15pm ċedew tliet xorok fl-appartament li jinsab fil-blokka “Shalom”.
Fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mis-sezzjonijiet tal-Furjana u Kordin, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn hu maħsub li qed isofri minn feriti gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Belt qed tagħmel l-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident.
//= $special ?>

