Lokali

Archery għall-Karita’

Grupp ta’ zgħazagħ is-Sibt wara nofsinhar ħadu sehem f’attivita’ sportiva organizzata mill-għaqda Right2Smile b’kollaborazzjoni mal-Malta Archery.

Din l-attivita’ sportiva ta’ sparar bil-qaws kienet organizzata biex jinġabru fondi għall-progetti li se jagħmlu tlett gruppi ta’ zgħazagħ fix-xhur tas-Sajf ma’ kommunitajiet fil-Kenya.

Fl-ewwel tlett xhur tas-sena, volontiera tal-għaqda għexu f’Bihar, fl-Indja fejn ħadmu biex saru tankijiet tal-ilma għall-kommunitajiet fqar kif ukoll centru għall-volontarjat u klassijiet għall-edukazzjoni tat-tfal.