Residenti tal-Faċilita Korrettiva ta’ kordin huma mpenjati fil-produzzjoni ta’ ċenaklu ħaj imtella’ minnhom stess fil-Faċilita f’Kordin.
L-enfasi ta’ dan iċ-ċenaklu hu l-importanza tal-maħfra lejn min jiżbalja u tal-integrazzjoni ta’ min jiċbalja lura fis-soċjeta.
Filwaqt li hu marbut mal-aħħar ċena ta’ Kristru, il-produzzjoni tiffoka wkoll fuq diversi aspetti tal-maħfra u torbothom ma’ ċirkostanzi fil-ħajja tal-priġunieri.
Il-messaġġ taċ-ċenaklu ħaj hu li permezz ta’ Kristu jista’ jkun heemm rikonċiljazzjoni u maħfra ġenwina bejn min iwettaq ir-reati u min isofrihom.
F’diskors li għamel waqt waħda mill-produzzjznijiet taċ-ċenaklu, il-Ministru Mawnel Mallia enfazizza li min ikun qed jiskonta sentenza fil-ħabs jitlef il-libeta iżda ma jitlifx id-dinjita.
Għalhekk il-perjodu li l-priġunieri jgħaddu fil-ħabs għandu jkun utilizzat kemm biex iwettqu xogħlijiet kif ukoll biex jitgħallmu.
Il-Ministru Mallia qal li f’kull persuna hemm element ta’ tajjeb u għalhekk dan għandu jkun enfazizzat meta l-priġunieri jiġu biex jirriabilitaw lilhom innfushom u jintegraw lura fis-soċjeta.
Manwel Mallia spjega li l-gvern beda programmi ta’ xogħol produttiv li l-priġunieri jistgħu jwettqu fil-Faċilita Korettiva ta’ Kordin u spjega li l-programm ta’ xogħol ta’ ħjata għall-priġunieri nisa diġa qed ikollu element ta’ suċċess.
Il-fondi li se jinġabru minn din l-attivita se jmorru għall-vittni tar-reati. Dan biex b’hekk ikunu qed isiru attivitajiet konkreti fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni.
Wara l-produzzjoni taċ-ċenaklu ħaj, il-Ministru Mallia nieda ktieb ta’ Sandro Schembri Adami bit-titlu “Iġġustifikati b’Demmu’. Sandro Schembri Adami qal li ċ-ċella tal-ħabs għandha tagħti opportunita lill-persuni biex jinġabru fihom innfushom u permezz tal-Bibbja jgħarfu aħjar il-ħajja.
“Iġġustifikati b’Demmu’ hu ġabra ta’ kitbiet ta’ Schemri Adami li jffukaw fuq it-tislib ta’ :esu, is-salib fil-ħsieb Pawlin, is-sagrifiċċju tas-salib u l-Ewkaristija u l-kurċifiss fil-qrati.
//= $special ?>

