Knisja Kultura

Diska kompatta b’marċi funebri mill-banda Kristu Re ta’ Raħal Ġdid

Is-Socjeta Filarmonika De Paule ta’ Raħal Ġdid għadha kemm ħarġet diska kompatta b’sett ta’ marċI funebri irrekordjati riċentament mill-Banda Kristu Re għall-okkażżjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa 2014.

Dan huwa id-dsatax il-volum minn din il-Banda li tħaddan repertorju vast ta’ marċi funebri ta’ diversi kompożituri kemm Maltin kif ukoll barranin. Ic-CD l-ġdida hija bl-isem ta’ ‘Hic Est Homo’ – Hawn hu l-Bniedem.

Il-biċċa l-kbira tal-marċi huma kompożizzjonijiet oriġinali miktuba għall-Banda Kristu Re u qed jiżżanżnu din is-sena.

Il-qoxra tad-diska tirrapreżenta dettal mill-istatwa ta’ Kristu ma’ Pilatu li tinsab fil-parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.