Irgiel armati ħadu l-kontrollt ta għassa tal-Pulizija f’belt fil-Lvant tal-Ukrajna qrib il-fruntiera mar-Russja.
Il-pulizija qalet li l-grupp kien armat sa snienu fl-attakk u issa l-Gvern f’Kieb bagħat it-truppi biex jieħdu l-kontroll tal-bini lura. Madwar il-Lvant tal-Ukrajna, kien hemm diversi inċidenti fejn irgiel armati ħadu l-kontroll ta’ bini importanti.
Sadattant Ir-Russja qed tkompli tinsisti li m’għandha ebda pjan li tinvadi l-Lvant tal-Ukrajna. Hu qal ukoll li ritratt maħruga min-NATO li juru ammont kbir ta’ truppi Russi mal-fruntiera tal-Ukrajna huma tas-sena li għaddiet.
//= $special ?>

