Il-band Maltija Airport Impressions għadha kif nidiet it-tieni album tagħha ‘Mariette’.
L-album, li kien mistenni ħafna mis-segwaċi tal-Airport Impressions, jinkludi tnax-il kanzunetta li jiġbru fihom element ta’ rock, pop, country u indie folk. Minkejja li dan l-album jinkludi esperimenti ġodda tal-grupp li jagħtu laqta oriġinali lil dan l-album, il-ħoss melodiku li llum huwa sinonimu mal-band Airport Impressions jibqa’ jinħass fis-siltiet kollha tal-album.
Matul il-konferenza tal-aħbarijeit li matulha tnieda l-album Mariette, il-membri tal-grupp Airport Impressions spjegaw kif il-grupp kien ilu jaħdem fuq dan l-album il-ġdid ghħal dawn l-aħħar sentejn. Lil hinn mill-ħoss meolodiku, is-siltiet jinkludu wkoll lirika b’tema soċjali u personali li jduru madwar it-tema pożittiva li hija fiċ-ċentru ta’ ħafna mis-siltiet f’dan l-album.
Il-band għal darba oħra kkollaborat ma’ Howard Keith li pproduca l-album. Huwa qal li l-album jirrefletti ħoss iktar personali u matur meta mqabbel mal-ewwel album tal-Airport Impressions.
Il-ħrug ta’ dan l-album kien preċedut mill-ħrug tal-ewwel single tal-Airport Impressions ‘Hymns of June’ u l-iktar single recenti ‘Berlin’. Filwaqt li l-vidjo mużikali tas-silta ‘Hymns of June’ kien prodott fir-Renju Unit, bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-vidjo tas-silta ‘Berlin’ li qed ikun dirett mill-videographer Ian Schranz.
Fil-futur il-band Airport Impressions mistennija tħabbar id-data ta’ kuncert live li matulu se tkun qed tinterpreta s-siltiet miġbura fl-album Mariette.
Iktar informazzjoni dwar l-inzijattivi ġodda mill-grupp Airport Impressions jistgħu jinstabu minn fuq il-websajt ġdida tal-grupp www.airportimpressons.com
//= $special ?>

