Lokali

Tkompli l-wirja Sakris fi-Dar Ċentrali

Il-wirja Sakris, organizzata minn Blue Circle Events, kienet inawgurata mill-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fis-sala tad-Dar Ċentrali l-bieraħ filgħaxija.ħ

Il-wirja, marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira, saret b’kollaborazzjoni ta’ diversi ħaddiema ta’ Media.Link Communications.

Id-dħul għall-wirja Sakris hu b’xejn u tkun miftuħa mil-lum is-Sibt 12 ta’ April sal-Ġimgħa l-Kbira. Illum il-wirja tkun miftuħa mid-9 a.m. sa nofsinhar u mis-6 p.m. sad-9 p.m. F’Ħadd il-Palm mid-9 a.m. sa nofsinhar. Minn nhar it-Tnejn sa nhar il-Erbgħa mill-5 p.m. sad-9 p.m. F’Ħamis ix-Xirka mid-9 a.m. sa nofsinhar u mill-5 p.m. sa nofsillejl u nhar il-Ġimgħa l-Kbira mid-9 a.m. sa nofsinhar.