Il-Ħadd filgħaxija f’Ħal Għaxaq, ssir il-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm. Din is-sena din il-purcissjoni se jkollha attrazzjoni partikolari redentur ġdid xoghol.
Dan il-kapolavur hu xogħol l-artisti Alfred u ibnu Aaron Camilleri Cauchi. Xogħol li hu skolpit fl-injam u hi t-tielet biċċa xogħol ta’ dawn l-artisti f’din il-purċissjoni. Ma din l-aħħar biċċa xoghol hemm ukoll il-vara tal-marbut kif ukoll l-Ecce Homo.
Net news żar l-istudios t’ dawn l-artisit ftit qabel il-vara marret għand l-Għaxqin fejn kienet inawġurata.
Tkellimna ukoll ma Alfred Camilleri Cauchi dwar il-process uzat f’din il-vara. Aaron iben Alfred ukoll kellu sehem importanti f’din il-vara u tkellimna miegħu dwar il-ħidma tiegħu ma’missieru.Alfred spjega wkoll x’ihoss waqt li kien qed jiskolpi arti ta’ dan it-tip.
L-istennija issa hi biex din il-vara l-Ħadd tkun iddur fit-toroq ta’ Ħal Għaxaq.
//= $special ?>