Il-Kummissjonarji Elettorali rċeviet erba’ nomini għall-Elezzjoni Każwali ta’ Membru tal-Parlament għas-Sitt Distrett Elettorali biex jimtela’ il-post li tbattal bir-riżenja ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, li ġiet maħtura President ta’ Malta.
In-nomini li wasslu għand il-Kummissjoni Elettorali huma ta’ Gulia Gavin, Mangion Carmel, Micallef Emanuel u Saliba Simon.
L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta, 15 ta’ April, 2014, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, fid-9.00 ta’ filgħaxija.
//= $special ?>

