Knisja

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa Marija Bambina fl-Isla

L-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona ħatar lil Dun Robin Camilleri bħala Arċipriet tal-Parroċċa Marija Bambina, l-Isla.

Dun Robin twieled il-Gżira fit-30 ta’ Mejju 1979 u joqgħod Ħal Luqa. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Gżira u l-Iskola Sekondarja Vinċenzo Bugeja, Birkirkara. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.

Dun Robin ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2012 u serva bħala saċerdot fil-parroċċa ta’ Marija Bambina, l-Isla. F’dan il-perijodu ta servizz fis-Segretarjat għall-Katekeżi kif ukoll bħala Direttur Spiritwali fil-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST). Fi Frar li għadda, l-Arċisqof ħatru bħala amministratur tal-istess parroċċa.

Il-parroċċa tal-Isla tiġbor fiha madwar 3,200 persuna f’1,100 familja.