Il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat ma kienx ikkonsultat dwar il-pjanijiet tal-MEPA dwar ir-riforma tal-policy tal-Outside Development Zone.
Din l-aħbar ġiet żvelata mill-Ministru tal-Gvern stess Leo Brincat f’intervista mal-gazzetta The Sunday Times of Malta, fejn qal li hu għadu ma ġiex ikkonsultat dwar dan is-suġġett, anke’ jekk il-konservazzjoni taqa’ direttament fid-dekasteru li jmexxi hu.
L-intervista ta’ The Sunday Times ġiet wara kritika qawwija minn għaqdiet ambjentalisti li ż-żona ‘il barra mill-iżvilupp se tkun qed tinfetaħ għall-iżvilupp.
Leo Brincat qal li filwaqt li hu u l-Ministeru tiegħu tiegħu għadhom ma ġewx konsultati dwar din ir-riforma, xorta se jkun qed jopponi sitwazzjonijiet fejn l-iżviluppaturi se jipprovaw jisfruttaw l-ambjent għal skopijiet kummerċjali.
//= $special ?>