Wara biss ftit ġranet fil-poter, Abdullah al-Thinni rriżenja mill-kariġa ta’ Prim Ministru.
Al-Thinni, li kien Ministru tad-Difiża, inħatar Prim Ministru fit-8 ta’ April u kellu jifforma Gvern.
Thinni kien ħa Ali Zeidan kien tkeċċa mill-kariga ta’ Prim Ministru mill-Parlament fost l-oħrajn minħabba l-kaos li għadd hemm fil-Libja. Thinni kien ingħata ġimgħa biex jifforma l-Kabinett ġdid tiegħu. Imma Thinni kien ilmenta li ma kellux la poteri biżżejjed biex imexxi l-pajjiż u lanqas żmien biex jifforma Gvern.
Kien hemm ukoll kontroversja għaliex xi politiċi Libjani kienu qed isostnu li Thinni ma kienx ġab l-ammont meħtieġ ta’ voti beix ikun approvat.
//= $special ?>

