L-Għaqda Talent Dingli qed ittella’ pageant b’differenza bl-isem ta’ Christus Vincit fix-xelter taħt l-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli.
Din l-attività, li bdiet nhar it-Tlieta li għadda, kompliet il-Ħadd b’rappreżentazzjonijiet kull siegħa, filgħodu u filgħaxija.
Fil-pageant Christus Vincit, il-pubbliku kellu opportunità jidħol fil-labrint ta’ l-ikbar xelter f’Ħad-Dingli u f’diversi partijiet minnu ttellgħu xeni dwar il-ħajja u l-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
B’kollox f’dan il-pageant qed jieħdu sehem xi 45 attur filwaqt li l-kitba u d-direzzjoni huma f’idejn Audrey Galea, Ray Sammut u Adam Zahra.
Christus Vincit ikompli f’Ħamis ix-Xirka u nhar il-ġimgha l-Kbira.
//= $special ?>