Internazzjonali

Polemika dwar film dwar Grace Kelly

Il-familja Grimaldi, il-familja irjali ta’ Monaco qed tagħmel bojkott ta’ film ġdid li se joħroġ fis-Sajf dwar il-ħajja ta’ Grace Kelly, li kienet iżżewġet il-Prinċep Ranieri III fl-1956.
Il-film hu xogħol id-direttur Franċiż Olivier Dahan u se jintwera għall-ewwel darba waqt il-Festival ta’ Cannes fl-14 ta’ Mejju.

Il-Prinċep Albert ta’ Monaco qed isostni li f’dan il-film dwar ommu, missierhom qed jintwera bħala bniedem li kien żorr ħafna kif ukoll għaliex hemm diversi xeni inventati.

Il-parti ta’ Grace Kelly inħadmet mill-attriċi Nicole Kidman.