Lokali

Żewġt’irġiel barranin isofru ġrieħi gravi b’daqqiet ta’ sikkina

Il-Pulizija qed ifittxu raġel li lbieraħ għall-ħabta tal-10.45pm aggredixxa żewġt irġiel mhux ta’ nazzjonalità Maltija.

Raġel ta’ 30 sena, ta’ nazzjonalità Palestinjana u residenti l-Belt u ieħor ta’ 46 sena, ta’ nazzjonalità Eġizzjana u residenti San Pawl il-Baħar ġew iċċertifikati li qed isofru minn feriti gravi meta ġew aggrediti minn raġel b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Huma kienu involuti f’argument mal-agressur f’ħanut tax-xorb fi Triq il-Mazzola, San Pawl il-Baħar.