Botta u risposta bejn l-Ambaxxatur Russu għan-Nazzjonijiet Uniti Vitaly Churkin, li appella lill-awtoritajiet fi Kjev biex ma jużawx forza fuq dimostranti favur ir-Russja fil-lvant tal-Ukrajna, u dak Ukren Yuriy Sergeyev, li akkuża lir-Russja li kienet hi li ħolqot il-kriżi f’din il-parti tal-pajjiż.
Dan hekk kif dalgħodu skada ultimatum li ngħata mill-awtoritajiet Ukreni lil attivisti favur ir-Russja biex dawn jevakwaw il-bini tal-Gvern li qed jokkupaw. L-akkużi miż-żewġ naħat waslu waqt sessjoni speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li matulu l-Ambaxxatur Russu appella lill-awtoritajiet Ukreni biex jibdew djalogu ġenwin.
//= $special ?>
