Mara ta’ 39 sena mill-Utah, fl-Istati Uniti kienet arrestata u tinsab akkużata bil-qtil ta’ sebat’itrabi li hi welldet bejn l-1996 u l-2006. Dan wara li fid-dar li fiha għexet sa tliet snin ilu nstabu l-iġsma tat-trabi f’kaxxi tal-kartun.
Is-sejba tal-katavri saret mill-eks raġel tagħha li sab l-ewwel kaxxa fil-garaxx tar-residenza qabel irraporta lill-pulizija li komplew bit-tfittxijiet fid-dar fejn sabu sitt iġsma oħra. Il-mara, Megan Huntsman, ħbiet il-kaxxi fi kmamar separati fl-istess dar, li qed tissejjaħ bħala d-“dar tal-orruri”.
Kelliem għall-pulizija qal li r-raġel mhux suspettat li kellu x’jaqsam f’dan il-każ waqt li mistennija ssir awtopsja fuq l-iġsma tat-trabi biex tiġi determinata l-kawża tal-mewt tagħhom.
//= $special ?>
