Matul il-lejl li għadda Pulizija sofra feriti gravi waqt li kien qed iwaqqaf ġlieda bejn ħames barranin f’lukanda fil-Mellieħa. Jirriżulta li għall-ħabta tas-1.30, fil-lukanda li tinsab fi Triq il-Marfa, raġel Franċiż ta’ 47 sena u bintu ta’ 20 sena, kif ukoll tliet Ingliżi, żewġ nisa ta’ 73 sena u 54 sena u raġel ta’ 34 sena ġew fl-idejn waqt argument.
Kien f’dak il-ħin li l-impjegati tal-lukanda ċemplu lill-Pulizija għall-għajnuna. Fil-post waslu mmedjatament żewġ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, b’wieħed minnhom spiċċa ferut waqt li kien qed jikkontrolla s-sitwazzjoni. Jirriżulta li waqt il-ġlieda anke l-Franċiż u t-tliet Ingliżi weġġgħu, għalkemm sofrew biss feriti ħfief.
Il-Pulizija arrestat liż-żewġ Franċiżi biex ikomplu jgħinu f’aktar stħarriġ.
//= $special ?>

