Qorti

Sentenza sospiża għal raġel li pprova jisraq minn karozza

Raġel ta’ 60 sena tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Giovanni Grixti, mixli li prova jisraq minn karozza. Il-każ seħħ il-Ġimgħa li għadda fil-Gżira, meta Martin Tabone mill-Imsida pprova jisraq xi oġġetti minn karozza.

Tabone ammetta l-akkużi kontrieh u ġie kkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Hu tressaq il-Qorti mill-Ispettur Jason Francis Sultana, filwaqt li għalih deher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Mark Mifsud Cutajar.