Lokali

72 sena mill-għoti tal-George Cross

Illum qed jitfakkar it-72 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lil Malta mir-Re Ġorġ VI tar-Renju Unit.

Dan bħala turija ta’ apprezzament għall-isforz tal-poplu Malti matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fid-dawl tal-assedju mill-ajru li pajjiżna kien qed jgħaddi minnu matul is-snin tal-gwerrra.

Fl-ittra li bagħat lill-Gvernatur u lill-poplu Malti, ir-Re Ġorġ VI qal li dan l-unur qed jagħtih lil poplu qalbieni, lil Malta “gżira u fortizza”, xhieda ħajja ta’ qlubija, imħabba u dedikazzjoni.

Dak li sar mill-poplu Malti għandu jibqa’ mnaqqax fl-istorja kbira tiegħu, tenna r-Re Ġorġ VI.

(Ritratt: minn James Aaron Ellul)