Lokali

Fil-Mellieħa: 23 siegħa bla dawl

Il-Mellieħin jinsabu ferm urtati minħabba l-fatt li partijiet kbar ta’ din il-lokalità ilhom mill-bieraħ filgħaxija mingħajr il-provvista tal-elettriku. Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li dan kien riżultat ta’ ħsara f’cable ewlieni li jissupplixxi lil din iż-żona.

Sas-7pm, il-provvista tad-dawl tkun ilha 22 siegħa maqtugħa, b’detriment għar-residenti u l-ħwienet fil-Mellieħa. Persuna li tkellmet magħna qalet li lbieraħ bil-lejl ilmentat uffiċjalment mal-Enemalta. Madankollu, ir-risposta li ngħatat kienet “tuna ċans għax bħalissa bil-lejl!”.

Madankollu, qaltilna din il-persuna, mhux talli għadda l-lejl, iżda għaddiet ukoll kważi ġurnata sħiħa u d-dawl fil-Mellieħa baqa’ ma ġiex lura!