Laetitia Amodio rebħet il-kategorija ta’ mużiċisti solisti fil-finali ta’ Junior Sanremo Malta. B’hekk f’Mejju li gej hi se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Sanremo li se jsir fit-teatru Ariston fl-Italja. Amodio rebħet bis-silta Danso Do Indio Branco (Dance of the White indian) komposta minn Heitor Villa- Lobos. Amodio mhux se tkun l-unika Maltija f’dan il-festival.Fil-fatt il-kategorija ta’ kantanti solisti rebħet Destiny Chukunyere bis-silta Respect.
Rebbieħa oħra f’din l-edizzjoni kienu Kylie Meilak bis-silta I Am Changing, Karl Schembri b’La Voix, u Sebastian Carl Calleja (If Tomorrow Never Comes). Neil Sant li nterpreta s-silta Who’s Loving You rebaħ it-Televoting Award sponsjorjat minn Victor Azzopardi Jewellers kif ukoll l-Audience Award
sponsorjat minn KDM Travel.
Fl-istess serata ingħata il-Young Jury Award li ntrebah minn Michelle Farrugia li Daqqet id-drums.
//= $special ?>

