Lokali

L-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Marie Louise Coleiro Preca

Fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, bħalissa għaddejja l-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu parlamentari ta’ Marie Louise Coleiro Preca, li rriżenjat biex tinħatar President ta’ Malta. L-elezzjoni każwali qed tiġi kontestata mill-erba’ kandidati li f’Marzu 2013 ikkontestaw is-sitt distrett u ma rnexxielhomx jiġu eletti: l-eks Ministri Charles Mangion u Gavin Gulia, Manwel Micallef u Simon Saliba.

Hekk kif il-Kummissjoni Elettorali fetħet il-voti miksuba minn Coleiro Preca u bdiet tqassamhom bejn l-erba’ kandidati, mill-ewwel qed jidher ċar li Charles Mangion se jkun il-favorit li jirbaħ dan is-siġġu parlamentari. Madankollu, il-proċess hu wieħed twil għax iridu jiġu eliminati tlieta mill-erba’ kandidati biex imbagħad jibqa’ dak li jifdal jiġi elett.