Lokali

L-industrija tal-għamara laqgħet tajjeb għall-kompetizzjoni

L-Organizzazzjoni Maltija tal-Manifatturi tal-Għamara ingħaqdet bħala membru affiljat tal-Malta Developers Association (MDA) bl-iskop li jissaħħu l-impjiegi f’din l-industrija. Jirriżulta li l-industrija tal-għamara laqgħet tajjeb għal isfida tal-kompetizzjoni.

Il-ftehim kien iffirmat waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-fabbrika St Anthomy Woodwroks fil-Mosta wara żjara li l-Ministru għal Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-żgħar Chris Cardona għamel fl-istess fabbrika.

Jirriżulta li l-industrija tal-kostruzzjoni jimpjega b’mod dirett madwar 12,000 persuna u tikkontribwixxi għal 4 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż.

Stephen Azzopardi, il-President tal-Organizzazzjoni Maltija tal-Manifatturi tal-Għamara qal li b’kollox hawn madwar 800 kumpanija fl-industrija tal-għamara li bejnitehom jimpjegaw eluf ta’ ħaddiema. Hu qal li l-Organizzazzjoni taħdem ukoll biex tippromwovi l-prodott lokali.

Sandro Chetcuti, il-President tal-Malta Developers Association qal li l-Assoċjazzjoni twaqqfet biex tħares l-industrija tal-bini f’pajjiżna u biex tgħin lil gvern tal-;urnata jilħaq l-għan li jkun hawn żvilupp u pro;etti sostenibbli. Hu fakkar li l-industrija tal-bini toħloq ħafna xogħol ieħor.

Hu qal li din kienet it-tieni għaqda fl-industrija li kienet affiljata mal-MDA wara li s-sena li għaddiet affiljat il-Federazzjoni tal-Kuntratturi tal-Bini. Sandro Chetcuti qal li l-MDA hi l-akbar organizzazzjoni fl-industrija tal-proprjeta`.
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-Gvern qed jippromwovi l-industrija tal-bini u semma diversi inizjattivi. Dwar l-industrija tal-għamara qal li din kellha sfida biex tikkompeti mal-importazzjoni u qal li kumpanija bħal St Anthony Woodworks irristrutturat u minkejja l-kompetizzjoni, kabbret l-operat u llum timpjega 30 persuna.

Il-ftehim kien iffirmat minn Sandro Chetcuti f’isem il-MDA u minn Stepehen Azzopardi f’isem il-manifatturi tal-għamara.