Fi stqarrija, il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu għad-deċiżjonijiet li qed jieħu l-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam mal-privatezza u d-drittijiet tat-tfal.
L-MNPN qal li l-Ministru tal-Edukazzjoni se jkollu f’idejh id-dettalji kollha tat-tfal u l-istudenti f’pajjiżna, mill-età tal-Kindergarten sal-Università. Dan imur kontra d-drittijiet tal-privatezza, aktar u aktar meta informazzjoni ta’ dan it-tip qed tintalab ukoll minn postijiet tax-xogħol, bħall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. It-tfal tagħna, tenniet l-istqarrija, se jinbidlu minn tfal tal-familji għal tfal tal-istat.
[headlines headline=”h3″]Jesprimi tħassib ukoll dwar id-drittijiet tat-tfal fl-adozzjoni[/headlines]Bl-istess mod, fl-istess stqarrija, l-MNPN esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar id-drittijiet tat-tfal fl-adozzjoni. L-istqarrija tgħid li skont stharrig li sar hu fatt stabbilit li x-xewqa tal-maġġoranza tal-poplu kienet u għadha li jkun hemm studju ħalli s-soċjetà tagħna tkun preparata ħalli ħadd mit-tfal ma jkun vittma ta’ bullying u biex l-iskejjel u l-għalliema jkunu mħarrġa u mgħallma aktar dwar żviluppi ġodda fis-soċjetà tagħna.
L-istqarrija ttemm billi tgħid li l-ħabi u l-għaġġla f’deċiżjonijiet importanti bħal dawn juru kif il-Gvern irid ikollu kontroll assolut u anti-demokratiku li joħnoq kull forma ta’ kritika u ideat li ma jaqblux ma’ tiegħu.
//= $special ?>

