Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ 24 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sfat attakkata minn priġuniera Somala waqt li kienet qed teskortahha fl-Isptar Monte Karmeli.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija meta għal xi raġuni nqalgħet ġlieda bejn żewġ priġunieri barranin u l-Kuntistabbli pprovat tifred liż-żewġ nisa. Madankollu, fl-attentat tagħha biex twaqqaf il-ġlieda, allegatament il-Kuntistabbli ġiet imbuttata ma’ ħajt u bid-daqqa ntilfet minn sensiha.
Il-Kuntistabbli kienet mgħejuna minn uffiċjali tas-servizzi tad-detenzjoni fl-istess sptar uqabel ittieħdet għall-kura u iktar eżamijiet dwar il-kundizzjoni tagħha.
//= $special ?>
