Mohamad Wakki, li huwa mis-Sirja, ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li vvjaġġa mingħajr dokumenti validi. Wakki ta’ 34 sena kien wasal Malta fuq dgħajsa u t-talba tiegħu għal ażil kienet ġiet rifjutata.
Flimkien mal-mara tiegħu kien tpoġġa taħt protezzjoni temporanja umana u wara talba biex imur li Svezja, biex ikun jista’ jgħix ħajja aħjar. Madankollu meta t-talba tiegħu kienet ġiet rifjutata, huwa qabd u ppakkja u reħilha lejn li Svejza mingħajr l-ebda dokumenti.
Il-Pulizija tal-Immigrazzjoniu Svediżi qabdu lil Wakki meta wasal li Svezja mingħajr passaport u dokumenti tal-ivvjaġġar. Ir-raġel kien irrifjuta li jagħti d-dettalji lill-Pulizija iżda wara sken li sar fuq il-marki tas-swaba tiegħu, kien ġie żvelat minn fejn kien telaq, u għalhekk intbagħat lura Malta.
Il-Maġistrat Anthony Vella, ikkundanna lil Wakki sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar.
//= $special ?>

