Knisja Kultura Lokali

Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħal Safi

Is-Sezzjoni taż-Żgħażagħ tal-Kummissjoni Festa San Pawl ta’ Ħal Safi f’dawn il-jiem qed itellgħu Wirja għall-Festi tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-Wirja, li nfetħet il-Ġimgħa li għadda, f’Jum id-Duluri, se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd li ġej, Ħadd il-Għid.

Wieħed jista’ jara din il-Wirja fiċ-Ċentru Parrokjali ta’ Ħal Safi f’Misraħ San Ġużepp mill-10am sas-2pm u mill-4.30pm sal-10.30pm. Nhar Ħamis ix-Xirka, il-Wirja tibqa’ miftuħa sal-11pm, filwaqt li nhar il-Ġimgħa l-Kbira tibqa’ miftuħa l-ġurnata kollha.

Min iżur il-Wirja, jista’ jara sett vari ta’ Spanja u sett ieħor artistiku. Hemm wkoll armata Mejda tal-Appostli, akkumpanjata minn atturi lebsin bil-kostumi biex joħolqu Ċenaklu Ħaj.