Internazzjonali

300 persuna mitlufa f’għarqa ta’ vapur fil-Korea t’Isfel

Madwar 300 persuna jinsabu mitlufa wara li vapur tal-passiġġieri għereq fil-baħar tal-Korea t’Isfel. Rapporti fil-media internazzjonali jgħidu li żewġ persuni huma kkonfermati mejta, wieħed minnhom għandu inqas minn 18-il sena.

Abbord il-vapur, li kien qed ibaħħar lejn in-Nofsinhar tal-gżira Jeju, kien hemm 477 passiġġier u 150 vettura.

Għad m’hemmx indikazzjoni ta x’seta’ wassal għall-għarqa tal-vapur iżda rapporti fil-media internazzjonali qed jikkwotaw xi nies jgħidu li semgħu ħoss kbir qabel il-vapur beda nieżel taħt il-baħar.

Ikkummenta