Fadal eżattament 98 jum għall-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow dan is-sajf. Sentejn biss wara l-Olimpjadi ta’ Londra, dan il-logħob hu opportunità oħra għall-atleti Brittanniċi li jikkompetu quddiem il-pubbliku tagħhom f’kampjonat maġġuri.
Madankollu mhumiex biss l-atleti Brittanniċi li se jkunu qed jieħdu sehem fit-tieni l-akbar belt fl-Iskozja fi tmiem Lulju. Uħud mill-aqwa atleti fid-dinja ukoll se jkunu qed jieħdu sehem f’diversi dixxiplini, fosthom l-isprinter Ġamajkan Usain Bolt li jinsab ħerqan li jħalli l-marka tiegħu.
Miegħu se tkun qed tingħaqad ukoll iż-żagħżugħa ta’ 18-il sena Siobhan-Marie O’Connor li matul il-ġimgħa li għaddiet kienet f’forma eċċellenti biex rebħet żewġ midalji fil-kampjonati nazzjonali tal-Għawm fi Glasgow.
Minbarra fidda fil-100m butterfly, O’Connor irreġistrat ukoll l-aħjar ħin personli fil-200m freestyle, rebħet it-tilu Britanniku u f’ħin tajjeb ħafna għal-logħob tal-Commonwealth.
Fl-atletika, Jessica Judd se tipprova tikseb is-suċċess li kellha fil-Kampjonati Ewropej tat-timijiet is-sena l-oħra fit-800m u wara kważi sentejn jitħabat bl-injuries, Louis Persent ukoll qed jipprova jikseb post fit-tim Ingliż tal-400m.
Dan il-logħob li fih tipparteċipa wkoll Malta, se jservi ta’ pjattaforma u vetrina għal diversi atleti li jinsabu lesti biex juru t-talenti tagħhom.
//= $special ?>