Tard it-Tnejn filgħaxija Barcelona rebħu l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Youth League meta fil-finali għelbu lil Benfica 3-0.
Il-Katalani marru fil-vantaġġ wara biss disa’ minuti b’gowl ta’ Tarin u ħames minuti wara Benfica kienu sfortunati meta Balde laqat il-lasta minn penalty u fit-33 minuta El Haddadi għamilhom 2-0 għal Barcelona bl-10 gowl tiegħu f’10 partiti. Żewġ minuti mit-tmiem l-istess El Haddadi issġilla r-rebħa b’gowl ieħor.
Fis-semifinali Barcelona kienu eliminaw lil Schalke filwaqt li Benfica eliminaw lil Real Madrid.
//= $special ?>

