Lokali Parlament

Charles Mangion jerġa’ jsir Membru Parlamentari

Id-Deputat Laburista Charles Mangion, ilbieraħ reġa’ rritorna fil-Parlament billi ħa l-ġurament tal-ħatra bħala membru fuq in-naħa tal-Gvern. Hu qed jieħu post Marie Louise Coleiro Preca li issa tokkupa l-kariga ta’ President tar-Repubblika.

Dan hu ritorn għal Charles Mangion fil-Parlament li fl-amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998 kien okkupa għal xi żmien il-kariga ta’ Ministru. Wara r-riżenja ta’ Alfred Sant, Charles Mangion kopra l-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni sakemm ħa l-ġurament Joseph Muscat. Dan l-aħħar Mangion inħatar mill-Gvern Laburista bħala Chairman tal-Enemalta, kariga li issa rriżenja minnha.

Ikkummenta