Qorti

Holmes ma kienx ittratat kif suppost – il-familja kellha tbiegħ il-propjeta’ biex tiffinanzja l-każ – Id-difiża

Il-Brittaniku Daniel Holmes ma kienx itrattat sew mill-ġustizzja. Persuni mixlijin b’akkużi simili lanqas biss iffaċċaw ġurija u l-każ tagħhom instema’ fil-Qorti tal-Maġistrati, li l-piena fuq ħtija hija ferma anqas minn dik ta’ ġuri. Holmes kellu diversi avukati jiddeffenduh bil-familjari tiegħu jispiċċaw ikollhom ibiegħu l-propjeta’ tagħhom biex jiffinanzjhaw id-difiża tiegħu.

Wara li kemm l-Avukat Ġenerali kif ukoll id-difiża mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Michaela Spiteri iddikjaraw li m’għandhom aktar provi xi jressqu, l-Avukat ta’ Holmes li ħa l-każ f’idejh ftit tax-xhur ilu, ppreżenta s-sottomissjonijiet tal-każ tiegħu bil-miktub fejn qal li l-klijent tiegħu ilu jsofri minn diskriminazzjoni sa mill-ewwel ġurnata li tressaq il-Qorti.

L-Avukat Franco Debono qal li f’każijiet oħra simili għal ta’ Daniel Holmes, l-akkużati jgħaddu proċeduri sommarji quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, filwaqt li l-Brittaniku għadda ġuri. Meta kkwota minn lista esebita mir-rappreżentanti tal-Avukat Ġenerali, l-Avukat Debono semma’ żewġ każijiet ta’ irġiel li b’akkużi simili dawn kienu kkundannati sitta u tmien snin rispettivament.

“Piena twila ta’ ħabs tingħata biss meta l-ammont ta’ droga jkun wieħed sostanzjali – 12-il sena għal aktar minn 12-il kilo u 18-il sena u aktar għal meta l-ammont ikun dak ta’ madwar 20 kilo. L-Avukat Debono qal li l-ammont li nstab fir-residenza ta’ Holmes kien ta’ madwar kilo u mhux aktar.

Huwa semma’ diversi żbalji li saru fil-konfront ta’ Holmes, li jinkludi nuqqas ta’ assistenza legali waqt l-arrestġ l-istramberija dwar id-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali li jiddeċiedi jekk hu jekk każ għandux imur quddiem Maġistrat jew ġuri.

Semma’ wkoll li ma saritx distinzjoni bejn kultivar ta’ droga għal użu personali jew kultivar għat-traffikar u irregolaritajiet proċedurali fejn l-Avukat Ġenerali għal darbtejn talab lill-Qorti biex il-kumpilazzjoni ta’ Holmes terġa’ tibda mill-ġdid.

L-Avukat Franco Debono ikkonkluda billi tenna li jekk att tal-liġi jmur kontra l-Kostituzzjoni, meta kull sententenza li toħroġ mill-att hija nulla u bla effett. Is-saga tal-Brittaniku Daniel Holmes li għandu 35 sena tmur lura sa mill-arrest tiegħu f’Ġunju tal-2006, meta kien arrestat barra mill-appartament tiegħu f’Għajnsielem, Għawdex. Il-Pulizija kienet qalet li sabet diversi kili ta’ droga kannabis u li kien qed jikkultivahom. Holmes, iżda dejjem qal li dawn kienu għal użu personali tiegħu.

L-Avukati Victoria Borg u Chris Falzon Scerri, qegħdin jidhru f’isem l-Avukat Ġenerali filwaqt li l-Avukat Noel Bartolo qed jirrappreżenta ir-Reġistru tal-Qorti Kriminali filwaqt li l-Avukat Joseph Ellis ir-Reġistru tal-Qorti ta’ Għawdex. L-Imħallef Anthony Ellul qal li l-każ issa jmur għas-sentenza fil-15 ta’ Lulju li ġej.

Waqt il-kawża Kostituzzjonali l-Avukat Kevin Mompalao, li anke jaħdem bħala avukat tal-għajnuna legali qal li Avukat tal-Għajnuna Legali jitħallsu mill-istess “budget” li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-Avukat Ġenerali, li għalhekk effettivament l-avukat tad-difiża jitħallas mill-Prosekuzzjoni nniffisha.

Qal li l-Avukat Ġenerali huwa l-uffiċċju li joħroġ l-akkużi lil dawn li huma suspettati li kisru l-liġu. L-Avukat Mompalao, kien qed jixhed fil-kawża Kostituzzjonali li ppreżenta Daniel Holmes, li fil-31 ta’ Ottubru li għadda kien ġie kundannat 10 snin u nofs ħabs u mmultat €23,000 fuq traffikar ta’ kannabis.

Holmes li qed jiġi rappreżentat mill-Avukati ‘l ġodda tiegħu Franco Debono u Michaela Spiteri, fetaħ il-każ tiegħu kontra l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tal-Pulizija u r-Reġistri tal-Qrati ta’ Malta u ta’ Għawdex. Huwa qed jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex tiddikjara li d-deċiżjoni mill-Qorti tal-Appell fil-konfront tiegħu tili dikjarata nulla u bla effett, abbażi ta’ diskriminazzjoni u żbalji proċedurali. Huwa qed jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali biex tiddikjara li d-dritt għal smiegħ xieraq kien vjolat.

L-Avukat Kevin Mompalao, qal li Holmes kellu rispett kbir lejh. “Hu kien qalli li għalih kont qiesni ħuh.” Dr. Mompalao qal li ilu avukat sa mill-1997. Huwa jservi l-aktrar f’Għawdex u l-uffiċċju tiegħu jikkonċentra l-aktar ma’ prattika ġenerali, li anke jinkludi kawżi kriminali, madankollu qal li hemm uffiċċji legaliu li jikkonċentaw ix-xogħol tagħhom fuq kawżi kriminali.

Huwa qal li meta wieħed jikkunsidra l-volum tax-xogħol li hemm fil-Qrati ta’ Għawdex, kien hemm żmien meta kulħadd kien jagħmel ta’ avukat tal-għajnuna legali, imma dan kollu nbidel.

Is-sistema tal-Avukat tal-Għajnuna Legali niżlet għal tnejn biss, u llum hemm tlieta. Huwa qal li mhuwiex ċert jekk din il-bidla kienitx bdiet fl-istess żmien li kellu l-każ Daniel Holmes, imma kienet żgur qabel l-2008, qal l-Avukat.

Mistoqsi fuq il-kriterja dwar l-għażla ta’ dawn l-avukati, Dr Mompalao qal li qabel ma sar avukat tal-għajnuna legali, kien ġie intervistat minbn bord u wara kien ġie appuntat mill-Ministru tal-Ġustizzja. Huwa saħaq li l-avukati kienu jduru fuq roster ta’ ġimgħa, u kull każ li jkun hemm jittieħed mill-avukat li jinzerta xogħol dik il-ġimgħa.

Dr. Mompalao qal li hu ma jagħmilx distinzjoni bejn il-prattika privata tiegħu u l-każijiet ta’ klijenti li jkunu qegħdin jisservew bih bħala avukat tal-għajnuna legali, qal li għalih irrelevant min iħallas, jekk hux l-individu jew il-Gvern.

Qal li meta rrappreżenta lil Daniel Holmes ma kienux iffajlati l-ebda ammissjonijiet u li hu lanqas qatt ma kellu xi lmenti minn naħa tal-“Fair Trials International” jew minn xi awtorita’ Brittanika. L-Avukat Kevin Mompalao qal li dam jirrappreżenta lil Holmes għal sena, imma hu ma kienx l-avukat li deher għalih meta tressaq l-ewwel darba l-Qorti.

Qal li qatt ma kellu problema b’Holmes biex jassistih u dejjem ikkontesta l-akkużi miġjubin kontrih. “Meta kien qalli li d-droga kienet għal użu personali tiegħu, jien emmint li kellu każ b’saħħtu, temm jgid l-Avukat.

Xehed ukoll missier Daniel Holmes, Mel. Huwa qal li ibnu ma kellux meżżi biex jqabbad avukat privat. Fil-fatt qal li ibnu ma kellux flus u għalhekk kien sfurzat iqabbad avukat tal-għajnuna legali.
Mel Holmes spjega kif f’Diċembru tal-2006, l-avukat tal-għajnuna legali Dr Kevin Mompalao kien assenjat il-każ ta’ ibnu. “Għall-ewwel ma setax jikkomunika ma’ ibnu, iżda minkejja dan huwa dejjem tah is-“support” tiegħu u kien ta’ għajnuna kbira. Kont nammira l-onesta tiegħu u li kien qalilhom li ma kellux esperjenza biżżejjed biex jirrappreżnta lil ibnu.

Mel Holmes qal li saħansitra kien qallu li għall-aħjar interessi ta’ Daniel Holmes, kien ikun aħjar li jqabbad avukat privat. Tenna li Dr Mompalao kien offra li jibqa’ ħabib ma’ Daniel Holmes, u għamel hekk anke meta dan qabbad avukat ieħor.

Ix-xhud qal li l-familja Holmes damet 12-il xahar biex issir avukat ieħor. Qal li l-ewwel kienu marru għall-Avukat Manuel Mallia, iżda minkejja li kellmuh huwa ma kkomeetiex ruħu. Kienu anke kellmu lill-Kummissjoni Għolja Ingliża u dawn kienu tawhom lista qasira ta’ avukati.
Mel Holmes qal li ma mhuwiex ċert x’esperjenza u xi speċjaliżazzzjoni kellhom, iżda skont hu l-lista ma kienitx xi waħda mpressjonanti. F’April tal-2008, Dr Mompalao informal ill-familjari ta’ Holmes’s li l-Prosekuzzjoni kienet temmet l-evidenza tagħha. Il-familja assumiet li d-difiża issa kienet se targumenta l-każ tagħha, imma sfortunatment dan ma sarx.

“Nemmen li Dr Mompalao kellu intenzjoni tajba imma ma tantx sar ħafna, kompla jgħid missier Daniel Holmes. Huwa kompla jgħid li pero qagħdu fuq il-parir tal-avukat li kellhom u bdew ifittxu għal avukat privat. “Aħna għandna min jiġi minnha fl-Ingilterra li jaħdmu ma’ kumpanija tal-avukati u dawn qalulna biex inqabbdu lil xi ħadd f’Malta mill-kumpanija Fenech & Fenech.

Eventwalment kien intagħżel l-Avukat Kenneth Grima”, qal ix-xhud.

Qal li huma anke kitby lil “Fair Trials International” fejn spjegaw li Daniel Holmes lanqas seta’ jifehm il-proċeduri tal-Qorti, bis-sistema tal-“public address system” ma taħdimx, li ma kienx ġie reġistrat l-ebda progress u li s-s-sistema legali kienet waħda mhux organiżżata.

Mel Holmes qal li huwa talab għal għajuna fejn anke kiteb lill-Avukat Ġenerali u lill-Prim Imħallef fejn talab li ibnu jingħata traskrizzjoni bl-Ingliż ta’ dak li kien għaddej il-Qorti. Sussegwentement kienet ingħatat kopja lil ibnu ta’ dak li kien seħħ.

Wara li kien arrestat, Daniel Holmes kien assenjat ukoll lill-Avukat Chris Said, madankollu peress li dan ukoll ma setax ikompli u għalhekk intalab li jkun hemm xi ħadd ieħor.

Sadanittant bl-għajnuna ta’ xi ħbieb bdew jinġabru xi flus, u wara Daniel Holmes qabbad lill-Avukat Vincent Galea. Ix-xhud qal li pero ibnu kien qallu li fil-21 ta’ Diċembru, l-Avukat Galea kien telqu lampa stampa fil-Qorti fejn kien qallu li ma riedx imur aktar lejn Għawdex.

F’dan l-istadju, l-Avukat Franco Debono qal li l-famija ta’ Holmes kellha tbiegħ il-propjeta’ tagħha biex jiffinanzjaw id-difiża tal-akkużat. L-Avukat Joe Ellis, qal minn naħa tiegħu li dan ma jbiddel xejn mill-każ, fejn tenna l l-ex Prim Ministru Taljan Guglio Andreotti kellu jbiegħ kollezzjoni ta’ bolli li kellu biex jiffinanzja d-difiża iegħu.

Waqt il-kontro-eżami li sar mill-Avukat Joe Ellis, Mel Holmes qal li għall-ewwel kien jemmen li l-Avukat Galea kien avukat tal-għajnuna legali li qabad u ħalla lil ibnu lampa stampa, u li kien tah parir biex isib lil xi ħadd ieħor. “Kien żball minħabba li dak iż-żmien ibnu ipprova jieħu “over” il-każ tiegħu.

Huwa qal li wara involva ruħu hu personalment. Kellu laqgħa mal-Kummissarju Għoli Ingliż u talab rappreżentant mill-uffiċċju tiegħu biex jattendi l-proċeduri. Qal li kull ma għamel hu li tah lista ta’ avukati, iħda kien intagħżelġ xi ħadd ieħor u kien hu li ħallas għalih.

Mistoqsi jekk il-familja ta’ Holmes qattx ilmentaw kontra s-sistema tal-għajnuna legali f’Malta, Mel Holmes qal li hu qatt ma lmenta fuq l-Avukat Kevin Mompalao peress li ssapportjah il-ħin kollu u dan peress li kien raġel ta’ vera. Madankollu kien hemm nuqqas ta’ qbil ma’ ħafna mill-avukati ta’ ibnu peress li dawn qatt ma riedu jopponu u jiċċalenġjaw il-legalita’ tal-arrest. Qal li wieħed minhom qallu fuq dan il-punt, li “dan huwa kollu ta’ veru u mhux xi serje fuq it-televiżjoni.