Kultura

Imћabbar programm ta’ attivitajiet gћal Pjazza Teatru Rjal

Minn installazzjonijiet tal-arti gћal proġett kollaborattiv ta’ żfin, minn kunċerti ta’ mużika popolari gћall-opra u mill-mużika jazz u gospel gћal proġetti b’xeћta soċjali, il-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal (PTR) se jkun qed jospita kalendarju mimli attivitajiet din ir-rebbiegћa.

Fost l-avvenimenti l-aktar mistennija hemm kunċert tal-mużika jazz u gospel minn Rino Cirinnà u l-Kor Animae Gospel li ser isir Ħadd il-Gћid fit-8pm. Id-dћul gћal dan l-avveniment huwa b’xejn. Kunċert ieћor tal-Malta Youth Orchestra ser isir fil-25 t’April fit-8pm.

F’Mejju, dan l-ispazju prestiġjuż ser ikun qiegћed jospita il-Ms World Show fit-3 ta’ Mejju, kif ukoll kunċert minn pjanist Russu ta’ fama internazzjonali Yuri Rozum li ser jittella’ fl-4 ta’ Mejju. Borderless/Bla Konfini, proġett ta’ żfin kollaborattiv ta’ Mavin Khoo bћala parti mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, ser isir fl-10 u l-11 ta’ Mejju. Micronation Series, proġett satellita tal-Malta Design Week ta’ Norbert Francis Attard ser isir bejn is-17 u l-24 ta’ Mejju filwaqt li Talent Unmasked: A Night of Creation, imtella’ minn Aġenzija Sapport, ser isir fit-23 ta’ Mejju. Fit-30 ta’ Mejju it-teatru mistenni jimtela gћall-kunċert An Evening with Ira Losco & Friends. Ix-xahar ta’ Mejju ser jagћlaq b’kunċert tar-Royal Marines Association fil-31 ta’ Mejju.

Ġunju ser jiftaћ bl-opra La Traviata li ser issir bejn is-7 u t-8 ta’ Ġunju. Kiss the Sky, skultura ta’ Vince Briffa, ser tittella’ bejn l-4 ta’ Ġunju u s-16 ta’ Lulju filwaqt li l-Malta Police Band ser ittella’ kunċert fit-28 ta’ Ġunju. Pjazza Teatru Rjal se jkun ukoll wieћed miż-żewġ spazji ewlenin li fihom ser jittellgћu l-avvenimenti tal-Malta Arts Festival ta’ din is-sena.

“Qegћdin noffru lill-udjenzi tagћna fierxa wiesgћa ta’ arti, mużika, teatru, żfin u kull tip ta’ avvenimenti artistiċi fit-tama li Pjazza Teatru Rjal jerġa’ jsib postu bћala spazju fejn jiltaqgћu sikwit il-klassijiet soċjali kollha,” qal Charles Gatt, iċ-ċermen ta’ Pjazza Teatru Rjal. Preżenti wkoll kien hemm il-general manager ta’ PTR Jason Masini, iċ-ċermen tal-Kunsill Malti Gћall-Kultura u l-Arti Albert Marshall kif ukoll il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici.

Biswithom, linfa kbira u sabiћa kienet imdendla fuq in-naћa ta’ barra tat-teatru – installazzjoni tal-arti ta’ Pierre Portelli li żgur ser tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li jkun dieћel il-Belt, u b’hekk jinbidel f’udjenza. Din l-installazzjoni gћadha kif fetћet u ser tibqa’ miftuћa sal-aћћar ġimgћa ta’ Mejju.

Misjub fid-daћla tal-belt Valletta, sit tal-patrimonju dinji tal-UNESCO, Pjazza Teatru Rjal dejjem kellu tifsira ћafna akbar mill-ġebel li jagћmluh. Bis-saffi ta’ storja u memorja li jiġbor fih, huwa wkoll monument, sagrarju – u issa, spazju kreattiv ћaj. Imdawwar bil-Knisja ta’ Santa Katarina u tal-Madonna tal-Vitorja, is-spazji tiegћu saћansitra jinżlu taћt l-art, taћt il-kapitali, parti mill-ћajja artistika, kulturali u soċjali tal-Belt.

Strutturi massiċċi tal-ћadid u tal-injam huma mћalltin mal-pedamenti tal-ġebel li gћadhom viżibbli, u li nkixfu waqt ix-xogћol ta’ restawr. Ħitan tal-ġebel joћorġu mill-blat u t-twieqi tal-ћġieġ jixegћlu ћnejjiet antiki. Dak li hu tanġibli u dak li mhuwiex, preżent u passat, jinћassu sew f’dan l-ispazji.

Mibni oriġinarjament minn Edward Middleton Barry fl-1866, fl-1873 l-intern tiegћu ġarrab ћsarat estensivi kawża ta’ nirien li ћakkmuh; dan ġie restawrat fl-1877. Fl-1942, it-teatru intlaqat direttament minn bumbardament tal-ajru, fejn intilfu l-ћajjiet. Mal-medda tas-snin, inqalgћet kontroversja madwaru; sadanittant, il-fdalijiet baqgћu mitluqin, farrett tal-gwerra f’belt tinbidel.

Restawrat riċentament mill-perit Taljan Renzo Piano, issa huwa l-aqwa teatru fil-miftuћ f’ Malta u joffri faċilitajiet importanti wara l-kwinti. Kompletament aċċessibbli gћal persuni b’diżabilita’, kemm atturi kif ukoll udjenza, joffri wkoll sistema tal-awdjo bl-aћћar teknoloġija. Magћruf inizjalment bћala “t-teatru ta’ bla saqaf”, dan l-aћћar ћa l-identita’ ta’ Pjazza Teatru Rjal, ċentru ћaj u kreattiv li – bћall-arti, bћall-memorja – gћandu jokkupa dimensjoni kulturali u soċjali wisq akbar mill-ispazju fiżiku tiegћu.