Xhur ta’ ħidma fl-aħħar waslu biex il-film “Saul: The journey to Damascus” isib postu fis-swali taċ-ċinema. Dan il-film. miġbud Malta, hu frott id-direzzjoni tal-kittieb u direttur Mario Philip Azzopardi u frott ta’ ħidma konġunta bejn il-kumpanija Maltija Cittadella Films Malta Ltd u l-kumpanija Kanadiża E-One.
Il-film juri x-xeni mill-ħajja ta’ San Pawl, jew aħjar Sawlu, sew qabel il-konverżjoni tiegħu. Jagħti ħajja għal mumenti fil-ħajja ta’ Sawlu li biddluh għan-nisrani li xandar il-fidi ma tant ġnus fid-dinja. Fosthom jispikkaw il-martirju ta’ San Stiefnu u l-waqa’ minn fuq iż-żiemel, li wasslet biex Sawlu jitlef id-dawl.
Minn fost is-26 attur li jieħdu sehem prinċipali fil-film, hemm 19 li huma Maltin.
//= $special ?>