Nhar is-Sibt li ġej se ssir l-aħħar sessjoni tal-iffirmar tal-bijografija George Abela, Qalb in-Nies.
Il-President Emeritus George Abela se jkun qiegħed jiffirma l-kotba fl-Agenda Bookshop, The Point Shopping Mall, Tigne bejn il-11.00am u 1.00pm
Din is-sessjoni se tkun qed issir minħabba d-domanda li kien hemm għall-ktieb u wara li diġa saru 4 sessjonijiet oħra ta’ iffirmar fil-Palazz ta’ San Anton il-Verdala , il-Belt u Għawdex.
Il-bijografija tkopri mit-tfulija sal-Presidenza u kif George Abela ħadem f’organizazzjonijiet u istituzzjonijiet differenti.
Fil-bijografija hemm ukoll kummenti tal-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Prim Ministru Joseph Muscat. Dawn it-tlieta, jitfgħu dawl fuq il-karattru ta’ George Abela. Il-ktieb minbarra bijografija sħiħa tal-President George Abela, jinkludi wkoll 16-il artiklu ta’ persuni awtorevoli li jiffukaw u janlizzaw aspetti partikolari ta’ George Abela u ħidmietu.
Min jixtri l-ktieb ikun qed jgħin lil Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>

