Edukazzjoni Lokali

Protesta minn studenti Libjani quddiem l-iskola Libjana f’Ta’ Ġiorni

Protesta paċifika minn grupp ta’ studenti li jattendu l-iskola Libjana f’Ta Giorni wara li numru minnhom ma kellhomx il-korsijiet li kienu qed jagħmlu, imġedda. Segwi l-kummenti ta’ student Libjan billi tmur fuq filmat taħt ir-ritratt.
Il-korsijiet li kienu qed jattendu għalihom 88 student Libjan kienu fl-Ingliż u fil-Kompjuter għalkemm l-istudenti huma diżappuntati anki bil-livell tal-istudji offruti.
L-istudenti kienu fil-fatt infurmati li l-korsijiet mhux se jkunu mġedda għall-istudenti kollha. Dan mingħajr ma ngħataw raġuni valida.
Quddiem din is-sitwazzjoni l-istudenti Libjani qed jistennew soluzzjoni biex huma jkunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom f’Malta.