Fi tmiem il-ġimgħa li ġej għajnejn id-dinja ha jkunu mdawra lejn il-Belt Eterna. Bħal għada ġimgħa d-dinja Kattolika sejra ssegwi il-kononizazzjoni ta’ żewġ papiet kbar.
Lejlet dan l-avveniment kbir, fil-belt ta’Alba sejra ssir il-beatifikazzjoni ta’ bniedem maqtul f’kamp ta- konċentrament fit-tieni gwerra dinija, Ġużeppi Girott.
Ġużeppi Girotti twieled fil-belt ta’Alba fid-19 ta’ Lulju tal 1905. Kien ordnat saċerdot fit-3 ta’ Awwissu 1930 u wara huwa speċjalizza fi-istudju tal-Bibbja kemm f’Ruma, kif ukoll f’Ġerusalem. Kif faqqgħet il-gwerra bosta saċerdoti Nsara għamluha ta’ missjunarji f’pajjiċhom stess. Spija kixef il-ħidma kollha tal-patri u fid-29 ta Awwissu 1944 kien arrestat minħabba l-għajnuna li kien jagħti lil ħafna Lhud.
Ġużeppi Girotti nżamm fil-ħabs, u aktar tard ħaduh fil-kamp ta’ konċentrament li kien hemm f’Bolzano. Aktarx miet permezz li injettawh b’siringa mimlija bil-petrol biex hekk jeħilsu minnu.
Fi-27 ta’ Marzu 2013, ġie ifirmat id-diġriet tal-beatifikazzjoni tiegħu li sejra ssir fis-26 ta’ April 2014 fid-dunna ta’ Alba, fl-istess post fejn kien tgħammed 109 snin qabel.
//= $special ?>