Kultura Kummerċ

It- 30 edizzjoni tal-fiera ta’ l-Għadira f’ta Kerċem

Il-lokalita’ ta’ Kerċem Għawdex qed torganizza t-30 edizzjoni tal-Fiera Festa ta’ l-Għadira, il-Ħadd 27 ta’ April 2014, Ħadd fuq l-Għid il-Kbir. Il-Fiera tiġi organizzata fil-beraħ f’wieħed mill-isbaħ postijiet li l-gżira t’Għawdex hija mżejjna bihom, jiġiferi maġenb l-Għadira ta’ San Raflu, f’Ta’ Kerċem.

Din hija Fiera Tradizzjonali b’ħafna logħob varjat u divertenti għall-familja kollha b’rebħ ta’ rigali sbieħ, area b’ħafna logħob għat-tfal, stands ta’ ikel u xorb, varjeta’ ta’ pjanti, l-isparatura popolari fuq il-plattini u Zip-Line fuq l-Għadira ta’ San Raflu. Fl-okkażjoni tat-30 sena anniversarju, din is-sena ser ikun hemm diversi attrazzjonijiet ġodda u sorpriżi, fosthom figolla ġiganteska, segway tours u l-logħba tal-archery. L-attivita’ tibda minn nofs in-nhar u tibqa’ sejra sa filgħaxija. Ikun hemm parking organizzat b’xejn.

Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 21551355/79299095 jew email fuq: fieraghadira14@gmail.com
Jekk it-temp ikun ħażin ħafna, l-attivita’ ssir il-Ħadd ta’ wara.