Hu rappurtat li l-Apple, il-Google, il-Microsoft u s-Samsung għamlu ftehim biex minn Lulju tas-sena d-dieħla fl-ismartphones jibda jkun hemm programm kontra s-serq ta’ dan l-apparat.
Jidher li f’każ li jinsteraq jew jgħib dan l-apparat, is-sid ikollu l-faċilità li jħassar l-informazzjoni li jkun fih u jkun possibbli wkoll li ma jibqax jaħdem.
Dan se japplika għal dawk l-ismartphones li jinbiegħu fl-Istati Uniti u se jkun simili għal sistema li hemm fil-prodotti Apple u dawk ibbażati fuq l-Android tal-Google.
Fost dawk li ħaddnu l-ftehim hemm ukoll il-Motorola, il-Huawei, l-HTC u n-Nokia.
Kien deċiż li fis-sistema jrid ikun hemm tliet affarijiet. Trid titħassar l-informazzjoni f’każ ta’ bżonn, li l-ismartphone ma jkunx jista’ jintuża u li jekk jinstab, l-informazzjoni tkun tista’ titpo;;a lura fih.
//= $special ?>
