B’vettura li tista’ tinxtegħel permezz ta’ “android tablet”, Juan Sarcia huwa r-rebbieħ tal-NSTF Contest for Young Scientist, li leħqet il-qofol tagħha fl-NSTF Science Expo. Sarcia, li huwa student fl-MCAST, issa jmissu jikkompeti f’isem pajjiżna fil-EU Contest for Young Scientist, li din is-sena se jsir f’Warsaw fil-Polonja.
Il-vettura maħluqa minn dan l-istudent li qed jistudja l-Inġinerija toffri statistiċi dwar kemm il-magna għandha fjuwil, kemm hi l-veloċita’ li biha qed tivvjaġġa, u l-vultaġġ tal-batterija tagħha. Tagħti wkoll informazzjoni dwar ħsarat li l-vettura jista’ jkollha.
L-għan ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni annwali hi li tippromwovi l-kreattivita’ u l-oriġinalita’ tal-istudenti tax-Xjenza, permezz ta’ proġett li mbagħad jieħu sehem f’kompetizzjoni li ddum madwar ġimgħa.
//= $special ?>
