Lokali

Kellimni.com

Minn nhar it-Tnejn li ġej, is-sit Kellimni.com se jestendi s-servizz ta’ online chat li jipprovdi lil adoloxxenti u zgħazagħ li jkunu qed ifittxu għajnuna dwar dak li jkunu għaddejjin minnu f’ħajjithom.
Kien lura fl-2012 meta kien gie inawgurat is-sit Kellimni.com – servizz fejn zghazagh u adoloxxenti mhux biss ikunu jistghu jaghmlu kuntatt ma’ professjonisti, izda wkoll isibu informazzjoni u materjal iehor interattiv u ta’ interess ghaz-zghazagh.

Kemm ilu miftuħ, is-sit ra zieda qawwija fl-ammont ta’ persuni li juzaw ic-chat u kien għalhekk li l-ħinijiet se jiġu estiżi, kif spjegalna l-kordinatur ta’ Kellimni.com James Buhagiar.

S’issa, s-servizz ta’ online chat kien qed jingħata kull nhar t’Erbgħa u Ġimgħa mis-7pm sal-11pm u kull nhar ta’ Sibt mill-10am sas-2pm. Issa dan is-servizz se jkun estiż għal kull nhar ta’ Tnejn mis-7pm sal-11pm.

Apparti minn hekk, is-sit joffri wkoll sapport permezz tal-email li taħdem erba u għoxrin siegħa kuljum u sapport permezz ta’ forum, fejn iż-żgħazagħ jaqsmu l-esperjenzi ma’ xulxin.

Fl-aħħar sentejn, il-professjonisti u l-voluntiera li jaħdmu ma’ dan is-sit iltaqgħu ma’ diversi esperjenzi differenti.

Il-problemi li l-professjonisti u l-voluntiera ta’ Kelliemni.com jiltaqgħu magħhom fuq ic-chat ivarjaw skont l-etajiet taż-żgħażagħ li jkunu qed jitkellmu magħhom. Fost żgħażagħ ta’ etajiet bikrin, is-suġġetti li jressqu jinkludu bullying, prolemi ta’ komunikazzjoni u nuqqas ta’ qbil fil-familja. James Buhagiar, il-Kordinatur ta’ Kellimni.com spjega li imbgħad, fost żgħażagħ aktar kbar, s-suġġetti trattati jkunu ta’ natura kemxejn aktar serja, u jinkludu problemi f’relazzjonijiet, abbuż, tqala u sesswalita’,

Il-progett Kellimni.com kien beda b’ftehim mal-Appogg, is-Salesjani, l-Agenzija Żgħażagħ u SOS Malta.